Mill- Garigori Ta' Mohhi 2

By Dr.Louis Zammit

The following poems were never published on paper. My father, had just started gathering them together to publish his second book before he passed away.

Antoine Zammit


Section A (The Politically Correct)

 

Lil San Pawl il-Bahar - Rahal twelidi (Dec 26, 1981)


 
Kemm int sabieh San Pawl, kemm int sabieh !
Hallini ftit nitpaxxa b'dan il-gmiel.
Sahhartni mindu lqajtni ix-Xemija,
gmiel car, li ma tghaddiehx zgur b'mitt gharbiel.
 
Hawnhekk ix-xemx izzurna kull fil-ghodu
u l-bahar u l-ghelieqi ibusuna.
Il-mewg u l-halel hawn jergghu jroddu
il-hajr ta' dawk il-gnus li izuruna.
 
Dawn nies bhal Pawlu illi d-Din fissrilna
u ahna li lqajnieha sew go' qalbna;
Ghax nafu li ghalkemm din gzira ckejkna,
qatt, fl'emm ma sehhet cahda min ta' talbna.
 
Hawnhekk twelidt, hawn ghixt, hawn izzewwigt
hawnhekk ta' hajti l-ahhar nifs se' nghati.
U hawn nixtieq nindifen, ghax hawn posti;
naf gmielek jibqa jsehh tul hafna annati.

 

Lill- Fjura ta' Mhabbti (Nov. 22, 1985)


 
(dedicata lill- Fjura 'Bird of Paradise" - isem xjentifiku ; - Strelizia reginae, Fam. Musaceae
 
 
Regina inti fjura fost il-fjuri,
Strelizia Sbejha smajtli fl-ahhar talbi.
Sahhartni, hekk kif l-ewwel darba lmahtek,
Ferraht, o helwa din l-imnikkta qalbi.

Kuruna f'ghallthek turi majestuza
mill-lewn id-deheb, biex tpaxxi l-fqir u l-ghani.
Ghalkemm domt snin nistenna biex izzurni,
sa fl-ahhar, hesrem gejt f'gnieni tistmani.
 

 

O ! kif sahhritni l-brinba herqanija
tinzeg madwarek biex tipprotegiek.
Il-ghadu zammet sew il-boghod min mieghek,
u l-edba nsett ma hsara seta' jtik.

Kburija inti l isbah fost il-fjuri
Turina s-seba' lwien sbieh tal-qawsalla.
Sew taf il-gonna ssebbah tkattar turi,
li int ukoll holqien sabieh ta' Alla.
 
 
Kont xitla zghira, sqejtek u ghozzejtek.
ftit ftit tul snin bdejt tikber majestuza.
M'baghad fl-ahhar gejttwelidt u ferm sahhartni,
biex sa hansitra rgajt t' ghannaqt mal-muza.

Jien, fqir poeta Malti o Fjura sbejha,
nitolbok, tilqa dat-tifhir ta' fommi.
Hekk, kif f'Novembru gejt ghax smajt int talbi,
niehdok b' ghozza ssebbahli, qabar ommi.
 

 

 

Lil Pawlina (Sept. 14, 1984)

( Il-qampiena l-gdida tal- knisja parrokjali ta' San Pawl il-Bahar, fil-migja taghha fir rahal)

 
Waslet Pawlina !
Qampiena smina,
tiswa daqs strina,
biex ferh taghtina.

Riedet tigina
tistieden dina
b'nota wisq fina
u dlonk turnina.
 
 
Tismaghha Gina
tismaghha Tina
tismaghha Pina
tismaghha Rina.

garrewk bhal kina.
B'fjuri w tizjina
qiesek regina,
sbejha Pawlina !
 
 
Doqq b' nota bnina
Tantc tisturdina ........
U jien nitolbok biex biss b'din nota
ta' mewti b' ferha iddoqli l-mota.

 

 

Lil Binti, Fil-jum tat-Tieg (February. 14, 1987)


 
Kont jien li rajtek l-ewwel, kif gejt fid dinja
Ghaziza binti, mimmi ta' ghajnejja.
U jien se nkun li nwasslek lejn il-knisja
Bil-Baldakkin, daqqaqa u ghannejja.

Ghazilt int trieqtek, tieghek kienet l-ghazla
Biex Bhali w ommok tkattar int Familja
Bil-mixi jien inwasslek gewwa l-knisja
Pass, pass, ma jkollniex bzonn l-ebda parilja!
 
 
Lil- zewgek hobbu kif habbitni ommok,
U kif l-ulied ikollokm ferhanija
Ftakkru F'dal vrus mhazza minn missierek
Li hargu minn dil-qalb safja fil-mija.

U meta' tul iz-zmien twelldu xi tifel
Tikkonfondux kif ismu dan se jigi
B' tifkira ghaziza jien nixttiq nghidilkom
Semmuh Bil - Malti biss, ghan-nannu Gigi.
 

 

'Mma jekk tifla, ghan-nanna semmugha Bice
B' ghozza u mhabba ta Dante ghal- Beatrice.
Dawn il-vrus ktibt mhux biss Bil- pinna f'idejja
Imma bil- ferh tad dmugh igelgel minn ghajnejja.
 


Section B (The Politically Incorrect)